Intervista lil Sandra Gauci

Sandra Guaci hija blah dubju l-aktar kandidata preferita tiegħi għall-elezzjoni li jmiss. Bdiet mill-media soċjali bħala satirista u artista illum qed tikkampanja għal politika ibbażata fuq il-ġid komuni. Il-kunċett tal-ġid komuni fil-politika ġie sfrattat mill-Partit Laburista billi jaqdi gruppi ta’ interessi li jiffinanzjawh, eżempju Joseph Portelli. B’dan il-mod, Sandra iġġib nifs ġdid fil-politika u ankle integrita.  Sandra hija wkoll għalliema tat-Taljan u kandidata għall-elezzjoni ġenerali mal-ADPD fuq is-6 u 12-il distrett. Hawn hekk tgħidilna ftit fuq il-politika tagħha.

L-ewwel ħaġa kif sejra bil-kampanja elettorali tiegħek?

Sejra tajjeb meta tara r-restrizzjonijiet ekonomici u ta’ ħin li għandi. Il-fatt li n nies jafuni minn Absnews jgħini pero` mhux biżżejjed għax xorta hemm ħafna li ma jużawx midja soċjali daqshekk speċjalment f’dawn iż-żminijiet. Il-laqgħat li kelli fil-home visits kienu pożittivi u n-nies edukati.

F’intervista smajtek tgħid li int ġejja minn familja Laburista u xi membri tal-familja qalulek biex ma tgħidx li inti tiġi minnhom għax jibżgħu li jitkeċċew mix-xogħol jew jaqilgħu transfer. Taħseb li qegħdin fi stat veru serju f’pajjiżna fejn il-Partit fil-Gvern rabba tant awtorita u arroganza li n-nies saru jibżgħu jitkellmu?

Nara ħafna biża’ speċjalment minn laburisti li jibżgħu juru li d-direzzjoni li l-partit qiegħed jieħu mhix direzzjoni pożittiva. Xebgħu bil-korruzzjoni u li intesew mill-partit li sar wisq snob u jiftakar fihom darba kull ħames snin. Jibżgħu jiftħu ħalqhom għax jibżgħu mir-riperkussjonijiet fuq ix-xogħol u f’ħajjithom in ġenerali għaliex dawn ikunu famużi li labour u allura jibżgħu li jekk jikkritikaw il-partit jispiċċaw tradituri.

Kif tesperjenzaħha l-atmosfera tal-pajjiż taħt dan il-gvern?

Hawn nuqqas ta’ tama li l-affarijiet jitranġaw għax jaraw wisq illegalita` għaddejja u li certu nies bħal ċertu żviluppaturi huma ‘l fuq mil-liġi u jiffanfraw pubblikamengt li qrib il-politici u allura liberi li jagħmlu li jridu bla xkiel. Xkiel li ż-żghir u l-batut ikollu jaffronta u jħallas qares meta hu jiżgarra. 2 weights and 2 measures.

Jien narak kontrastanti mill-politiċi l-oħra għax int tgħid il-verita u ma tgħidx ċuċati, imma saħansitra titkellem fuq problemi reali u toffri soluzzjonijiet reali wkoll. Tista’ ttini b’mod konkret x’tixtieq tipproponi li jsir jekk titla’ fil-Parlament?

Mela, l-ewwel ħaġa nara li proġetti b’impatt ambjentali ħażin bħal mina tal-karozzi bejn Malta u Għawdex jew il-yacht Marina ta Marsascala ma jsirux. Nirranġa tal-linja u nippromwovu aktar l-użu tagħha b’rotot miżjuda karozzi iżgħar u electric. Ma nistgħux inqattgħu sagħtejn jew aktar minn ħajjitna fit-traffiku għax dik mhix kwalita tal-ħajja. Accountability u galbu fl-użu tal-fondi pubbliċi.

Jista’ jkun aħjar billi ninċentivaw l-użu ta’ mezzi alternattivi bħar-rota u l-iscooter imma biex isir dan irid ikollok rotot safe għal min juża r-rota u mhux lagħqa żebgħa mal-art jew bike lane tal-biċċiet. Parking deċenti għar-roti f’postijiet bħal belt Valletta.

Int omm ta’ tfal li qed jistudjaw l-iskola. Taħseb li ‘il quddiem ser ikollhom problem meta jiġu beix jixtru l-propjeta tagħhom jew jagħmlu familja f’Malta? Kif nistgħu ngħinu liż-żgħażagħ bil-problema tal-propjeta?

Iva se jkollom problema jekk inħallu l-prezzijiet ikomplu jisparaw il-fuq. Regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-propjeta u sena moratorja ta waqfin mil bini ħalli naraw kemm hawn units vojta. Dar għandha tinbiegħ bil-metru kwadru u l-prezzijiet stabiliti skond regoli ċari u mhux gabubi ta kwart ta miljun li ż- żgħażagħ tagħna qatt mhu se jaslu ghalihom. Nintroduċu wkoll l-idea ta kooperativa tad-djar.

Għala huwa importanti ħafna li fil-Parlament ikun hemm kandidati ta’ integrita` u progressivi bħalek?

Għaliex hemm bzonn nistabbilixxu ordni f’dan il-ġenn u tbaħrid għax in-nies qed jgħajjew jippruvaw jaqbdu rkabtu tas-sitwazzjoni u għandhom bżonn tama ta awtorita` li tkun ġusta u li tipproteġihom meta jiġrilhom xi ħaġa mhux jitħallew jimirħu weħidhom bla sens ta ordni. Tkun progressiv billi tħares lejn pajjizi li huma aħjar minnha f’ċertu aspetti u nadottaw good practices billi nagħmluhom adatti ghal-Malta. Ovvjament, trid l-aptit li taħdem u mhux tqatta` leġiżlatura tgħatti xturek minn serq u korruzzjoni.

Il-mekkaniżmu tal-kwoti tal-ġeneru fil-Parlament ser jirriżulta li l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista ser ikollhom kandidati nisa eletti b’dan il-mekkaniżmu filwaqt li teknikament int tista’ iġġib iktar voti minn dawn in-nies u ma tiġix eletta. Taħseb li din hija inġusta?

Hija tassew, inġusta għax mhix qed tati opportunita lin-nisa tal-partiti li mhux rappreżentati s’ssa fil-parlament. Apparti l-fatt li s-saħħa tal-votant tnaqqset għax se jispiċċa b’kandidati li n-nies ma jridux imma li għax nisa għandhom ċans ta siġġu minħabba l-kwoti. Anke l-co option hi maħsuba biss għan-nisa tal- PN u PL u din hija inġusta.

F’Malta qisu għandna problema serja ta’ vjolenza fuq in-nisa. X’tixtieq tara li jsir biex tiġi indirizzata din il-problema?

L-isfida hi l-bidla tal-mentalita` fejn il-mara ma titqiesx oġġett proprjeta tar-raġel jew li qiegħda hemm esklussivament ghal gost tar raġel. Nixtieq li jkun hemm mod fejn jinbidel il-protokoll li bih jaħdmu il-pulizija u li il-vittma tittieħed bis-serjeta u anke jekk tirtira l-akkużi jkun hemm xi mod fejn xorta l-offiża tkun saret u legalment tista’ tipproċedi u l-vittma tkun protetta . Minix avukat imma kif qegħdin, nisa mejta b’waħda kull xahar qed ikollna mela bidla trid issir żgur.

Kif tixtieq tara lil Malta minn hawn u għaxar snin oħra?

Irrid Malta b’iktar spazji miftuħa ta veru u mhux bank u bandla b’ħafna konkos. Xbajt nara cowboys bħal Joseph Portelli li jingħata permessi bħal tas-Sannat u li hu il-fuq minn kulhadd. Anke mil-Prim għax qiegħed fil-but tieghu. Inqas traffiku u rule of law fejn li tobdi l-liġi mhux hobby imma dover civili. Pajjiż inqas maħmuġ b’poplu li jhossu kburi u komdu li jgħix hawn u mhux jistħajlu qiegħed f’xi ħolma kerha ta jack hammers traffic u cowboys mimlijin arja li ħadd ma jista għalihom.

1 Trackback / Pingback

  1. Sandra Gauci to be elected ADPD leader next Saturday – Mark Camilleri

Leave a Reply