Fl-2011\12 intervistajt lill-professur tal-istorja Godfrey Wettinger f’sensiela ta’ sessjonijiet. Konna nagħmlu t-te u bilqiegħda fl-uffiċċju kbir tiegħu f’San Ġiljan bil-ħitan kollha miksijin kotba, Wettinger kien jitkellem fuq ħajtu, il-karriera tiegħu, l-istudji tiegħu u l-intoppi li ltaqa’ magħhom tul ħajtu. F’din l-intervista twila, Wettinger, b’karriera warajh u biżżejjed studji u kotba li jgħollewh fl-istatura tal-akbar storiku li qatt kellha Malta, Wettinger jitkellem b’mod apert u bla ebda preokkupazzjoni għall-konsegwenzi. Din hija l-iktar intervista intima, u profonda li qatt ta Wettinger.
Illum, qed naqsam din l-intervista magħkom sĠużè Aquilina, professur tal-Malti,abiex inħalli lil Wettinger jerġa jkellimna. Dawk li kienu studenti tiegħu żgur li jiftakru sew il-lezzjonijiet tiegħu fejn kien litteralment ipoġġi bilqiegħda u jipprova jaqsam l-għerf kollhu tiegħu magħna. Tista’ tgħid li din l-intervista saret bl-istess vuċi tiegħu ta’ għalliem, bid-differenza li ma qagħadx jiċċensura lilu innifsu fuq il-ħsibijiet politiċi tiegħu, jew fuq x’jaħseb fuq dawk kollha li biex jżommu ‘il fuq l-istatura tal-Knisja kienu jipprovaw jiskreditaw ix-xogħol tiegħu. Hawn hekk, Wettinger jerġa jkellimna, imma mingħajr kantunieri.
Wettinger, twieled fl-1929. Fis-snin sittin, flimkien mal-kollaboratur tiegħu Mikiel Fsadni, skopra l-Kantilean, l-eqdem kitba bil-Malti. Studja l-istorja Medjevali Maltija u kien jaf l-Għarbi u l-Latin. Studja u tgħallem waħdu mingħajr l-assistenza ta’ ħadd. Kiteb għexieren ta’ artikli u kotba fosthom ktieb fuq l-istorja tal-iskjavi f’Malta fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, ktieb fuq l-istorja tal-Lhud f’Malta fi żmien Nofsani, u ktieb fuq l-etimoloġija tal-ismijiet tal-postijiet Maltin. Fl-2011, Wettinger ippubblika paper fejn argumenta li fis-seklu 9, Malta ġiet depopulata u ġiet popolata seklu wara mill-Musulmani.
Fl-2014, Wettinger ġie rikonoxxut bil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut tul il-Ħajja. Miet f’Mejju 22 fl-2015.
Il-kwalita tar-recordings mhijiex waħda eċċezzjonali peress li r-recordings saru fuq tape u ġew konvertiti għad-diġital.
L-Ewwel Parti
https://drive.google.com/open?id=1S3QrPR0MMEQdfwe3dwXPlZe3HFTrmO66
F’din il-parti, Wettinger jitkellem fuq il-bidu tal-karriera tiegħu, l-istudji tiegħu bħala student u l-bidu tar-riċerka tiegħu. Jitkellem fuq l-appoġġ tiegħu lejn il-Partit Laburista u meta kisirha minn mal-Partit Laburista fis-snin tmenin. Fl-aħħar parti jitkellem fuq meta ġie mċaħħad xogħol mill-Università ta’ Malta fl-1969 biex minfloku ġie magħżul it-tifel tal-Ministru tal-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien (Paul Borg Olivier), Mario Borg Olivier li kien ukoll Ġiżwita. Ugo Mifsud Bonnici kien fis-selection board li għażel lil Borg Olivier minflok lil Wettinger.
Jissemmew Hilda Lee, is-supervisor tat-teżi tiegħu, Lionel Butler, storiku u Medjevalista, Charles Sciberras, storiku, Ġuże Cassar-Pullicino, antropologu, Albert Mayr, storiku, Louis Rossi, għalliem u kollega ta’ Wettinger fil-Liċeo, Louis Wettinger, ħuh, Dom Mintoff, Prim Minsitru, Evarist Bartolo, Ministru tal-Edukazzjoni, John Micallef li kien jikteb “l-aktar faċċata moqżieża tat-Times”, Winston Żammit, storiku, Stanley Fiorini, storiku dilettant, Dominic Fenech, Dekan tal-Fakulta tal-Arti u Kap tad-Dipartiment tal-Istorja u storiku, Pietru Pawl Busuttil, vittma ta’ frame-up, Mary Darmanin, professur tal-edukazzjoni, Ġużè Aquilina, professur tal-Malti, Paul Borg Olivier, Mario Borg Olivier, Arnold Cassola, lingwist, u Michael Fsadni, kollaboratur tiegħu.
It-Tieni Parti
https://drive.google.com/open?id=1LcGu9P_B1An5J2hVoEumwsdzuuDPOt1w
F’din il-parti Wettinger jitkellem fuq kif id-Dipartiment tal-Malti, bil-ħatra ta’ Oliver Friġġieri bħala l-kap tiegħu, naqqas l-importanza tiegħu fl-istudju tal-Għarbi, iċ-ċimiterju tal-Musulmani wara l-Villa Rumana fir-Rabat, l-iskavi li saru fl-Imdina fil-bidu tas-seklu 21, l-istorja tal-Għaqda Storika Maltija u l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni li saret mill-klassi tal-intelliġentsja Maltija kontra l-istudji tal-perjodu Islamiku Malti. Jitkellem ukoll fuq il-poeżija Griega li inkitbet f’Malta fis-seklu 12 u li ġiet tradotta ħażin minn Horatio Vella u liema żball ġie wkoll ikkonfermat litteralment ġranet qabel ma miet Wettinger f’lecture li ta Jeremy Johns fl-Università l-antika, l-Belt.
Jissemmew Nathaniel Cutajar, arkeologu impjegat mill-Gvern, Charles Dalli, storiku u Medjevalista, Giovanni Bonnello, imħallef u storiku dilettant, Hannibal Scicluna, Librar Nazzjonali, Arturo Bonnici, qassis u storiku tal-Knisja, Albert Mayr, storiku, Temi Żammit, arkeologu, Benito Mussolini, Roberto Valentini, storiku, Annetto Caruana, arkeologu, Mario Brincat, lingwista, Stanley Fiorini, Dun Ġwann Azzopardi, Arkivista tal-Kurja, Lorenzo Valla, kittieb u studjuż taż-żmien Nofsani, Andrew Vella, l-ewwel Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Università ta’ Malta, Ugo Mifsud Bonnici, President u Ministru tal-Edukazzjoni, Mario Buhagiar, professur tal-istorja tal-arti, Anthony Luttrell, storiku u Medjevalista, u Henry Frendo, storiku.
It-Tielet Parti
https://drive.google.com/open?id=1lD5T1wg8lQyYAUU0zlrLK1JPa86iL9Cn
F’din il-parti Wettinger jitkellem fuq l-istorja tal-istorjografija Maltija u l-attitudnijiet tal-Knisja u l-istoriċi Maltin lejn l-istorja Medjevali Maltija. Jitkellem ukoll fuq il-każ ta’ meta l-Knisja biegħet l-art ta’ Wied Għajn Żejtuna fil-Mellieħa li kienet tintuża mill-bdiewa biex jinbena Santa Maria Estate, u Wettinger jgħid li l-Knisja fetħet il-Mużew tal-Konkatidral biex “tgħatti xtura” fuq dan il-każ. Jitkellem fuq ir-relazzjoni tiegħu mal-Arkivju tal-Konkatidral, Al-Himyari, u Malta fis-seklu 9.
Jissememw Augusto Bartoli, storiku, Albert Mayr, Stanley Fiorini, Vincent Borg, storiku tal-Knisja, Arturo Bonnici, storiku tal-Knisja, Lionel Butler, Peter Earl, storiku, Roberto Valentini, Henri Bresc, storiku u Medjevalista, John Borg, bioloġista, Arturo Mercieca, imħallef, Monsinjur Azzopardi, Librar Nazzjonali qabel Scicluna, Joseph Galea, għalliem u assistent ta’ Hannibal Scicluna, Mario Buhagiar, Arturo Bonnici, Ġuże Cassar-Pullicino, antropologu, u Karmenu Bonavia, storiku. Edward Mallia, bioloġista.
Ir-Raba’ Parti
https://drive.google.com/open?id=18SxwWA40UwfNwRB2wy4yRuOxeTTJp1gw
Fl-aħħar parti, Wettinger jitkellem fuq il-ħbieb tiegħu, l-klikka tal-Universit u fuq ix-xogħol tiegħu fuq “Unit 11”, Acta Iuratorum Et Consilii Civitatis et Insulae Malte. F’din il-parti Wettinger jiddiskuti t-teoriji ta’ Stanley Fiorini fuq iż-Żmien Nofsani, t-teorija tal-kontinwazzjoni Kristjana f’Malta u San Pawl f’Malta. Fl-aħħar, Wettinger jitkellem ukoll fuq il-ħajja soċjali tiegħu, jew aħjar in-nuqqas tagħha.
Jissemmew Paul Xuereb, librar, Roger Vella Bonavita, storiku, Henry Frendo, Andrew Vel
la Lionel Butler, Stanley Fiorini, Raphael Vassallo, ġurnalist mal-MaltaToday, Leopold von Ranke, storiku, Giliberto Abate, Kummissarju tal-Emperatur Frederiku II, A.J. Arberry, traduttur ta’ Dun Karm, Pawlu Mizzi, pubblikatur, Olvin Vella, lingwist, Dun Ġużepp Portelli, il-parrinu tal-Griżma, Charles Dalli, Albert Leone-Ganado, professur tal-informatika.