Riflessjonijiet dwar il-ġid komuni – Alan Xuereb
€25.00
Description
Il-filosofija bil-Malti hija rari u kważi ma ssiba imkien, imma Alan Xuereb ħareġ test ta’ filosofija bil-Malti li huwa wkoll relevanti għaż-żminijiet partikolari li Malta għaddejja minnhom. It-test voluminuż ta’ Alan Xuereb, Riflessjonijiet dwar il-ġid komuni, huwa teżi dettljata ta’ x’inhu l-ġid komuni, b’kummentarju dettaljat fuq is-sitwazzjoni politika Maltija u l-kriżi tal-ġid komuni Malti. Dan huwa ktieb importanti għal kull min irid jifhem il-kriżi tal-politika Maltija mil-lenti filosofika. Apparti minn hekk, dan huwa ukoll ktieb li storjografikament jiddokumenta filosofija politika dwar Malta fi żmien partikolari. Jien naħseb li huwa ktieb essenzjali għal kull persuna li tieħu l-politika Maltija b’serjeta.
ISBN: 9789918210893
Reviews
There are no reviews yet.