Il-Mit Pawlin (Ebook, PDF Version) – Mark Camilleri
€2.50
Description
Il-Mit Pawlin u l-Abbuż tal-Istorja Maltija (Ebook Version, PDF Version)
ISBN: 978-99932-17-29-9
Il-Mit Pawlin u l-Abbuż tal-Istorja Maltija huwa test qasir li jispjega kif l-istorja Maltija ġiet abbużata bil-Mit Pawlin għal għanijiet reliġjużi u ideoloġiċi. Dan huwa test ta’ kritika storjografika u flok jiżvela fatti storiċi ġodda, jispjega kif il-fatti storiċi ġew imwarrba akkost ta’ verżjoni storika falza.
Il-ktejjeb huwa maqsum fi tlett partijiet. L-ewwel kapitlu huwa spjegazzjoni dwar l-aspetti storiċi tal-Mit Pawlin u kif huwa inkorrett, u wara jkompli billi jittratta l-propagazzjoni tal-Mit Pawlin. It-tieni kapitlu huwa analiżi kritika u filosofika tal-Mit Pawlin bħala fenomenu. L-aħħar parti hija intervista esklussiva mal-professur Godfrey Wettinger fejn jispjega fid-dettal kif ix-xogħol tiegħu żvela l-inkorettezzi tal-Mit storiku Malti.
Reviews
There are no reviews yet.