Għax id-drogi sbieħ – Marie Gion

6.00

 

Description

“F’mument ta’ riflessjoni: Tiftakru r-reklami tas-Seqda fil-lezzjonijiet? U nitbissmu. Say no to drugs stampata fuq wara ta’ pitazz magħmul minn karta rriċiklata, “and be proud of it. Save the trees.”

Il-ħrejjef ta’ tfulitna ħadu ħjiel ieħor bil-kultura tad-droga, is-sess u l-qalb sewda li trid…

Drogi biss. Drogi spiss.

“Wara, fid-dawl wisq abjad ta’ flat, mal-mejda tal-kċina, bewsa-apoloġija u, kollox mitmum, sigarett.”

Id-droga fetħet dinja sigrieta, dinja sabiħa, li minnha ser tiġi sedott. Ejja warajja “b’għajnejk miftuħa jixegħlu bil-kimika li qed issejjaħlek mill-bogħod…”

Iżd’ oqgħod attent mingħand min tiġi sedott: Mhux kulħadd f ’dil-ħrafa għadu jaf iħobb. Is-seħer fuq ħalqek għad iħalli l-marka sewda tal-mewt. (Dejjem ftakar li l-ġuħ l-ewwel gidma tal-mewt.)

Dan il-ktieb mhux tajjeb għat-tfal. 

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Għax id-drogi sbieħ – Marie Gion”

Your email address will not be published. Required fields are marked *