Intervista lil Alfred Buttiġieġ (L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba)

Din hija l-aħħar intervista mis-sensiela ta’ intervisti mal-awturi ta’ “L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba”. Għaldaqstant, tal-aħħarr ibaħħar għax Alfred Buttiġieġ huwa l-iktar awtur pijunier tal-antoloġija, u b’hekk storikament, kliem Alfred għandu wkoll piż storiku. F’din l-intervista nistaqsi lil Alfred Buttiġieġ fuq ix-xogħol seminali tiegħu “Dik il-Qtajra”, poeżija fl-ewwel persuna mill-perspettiva ta’ sperma. Alfred kien ippubblikka l-poeżija hu stess iżda l-ktieb ma’ tħallax jinbiegħ mingħand il-ħwienet. Illum, “Dik il-qtajra” hija pubblikata fis-sħiħ f’ “L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba”.

Ma’ Alfred tkellimt ukoll fuq xogħol ieħor tiegħu li ġie ippubblikat sena qabel “Dik il-qtajra” iżda għandu ħafna similiritajiet. “Gezzu” huwa storja qasira fuq brimba sensibbli, idealista u sensittiva li trid tagħmel affarijiet kbar u ta’ ġid, iżda r-rieda tajba ta’ Gezzu malajr tiġi abbużata mill-istess ħolqien li ried jgħin. Kemm Gezzu u l-isperma ta’ “Dik il-qtajra” jinstabu f’ambjent kbir, ħostili, diffiċli u f’dan l-ambjent iridu jissoppravvivu waħedhom. Fuq banda oħra it-tnejn li huma għandhom perspettivi differenti lejn il-ħajja.

Sibu l-kotba għall-bejħ mill-ħanut online:

Gezzu

L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba

Be the first to comment

Leave a Reply