“Gezzu”, ħrafa filosofika ta’ Alfred Buttiġieġ

Fil-letteratura Maltija ftit li xejn ser issib testi filosofiċi. “Gezzu” huwa ħrafa filosofika ta’ Alfred buttiġieġ li ippubblika fl-1982, sedna qabel ma ippubblika “Dik il-qtajra”. It-test huwa akkumpanjat b’illustrazzjonijiet ta’ Michael Fenech u hu miktub b’Malti imżewwaq ħafna. “Gezzu” huwa test sabiħ u profound fl-istess ħin bi storja sempliċi li fiha ħafna temi differenti.

Gezzu huwa brimba li jitwieled differenti minn ħutu u jkollu aspirazzjonijiet li jagħmel affarijiet kbar f’ħajtu, inspirazzjoni li jeħodha mingħand il-bnedmin. Filwaqt li dawk ta’ madwaru jgħixu ħajja natural kif tistenna minn natura, Gezzu jibda jaqra l-kotba u jagħmel l-ħbieb ma’ ħolqien differenti minnhu, għalkemm dan il-ħolqien, eventwalment jispiċċa jabbuża minnhu. Għalhekk f’Gezzu insibu l-innoċenza u l-qalb tajba mħalltin flimkien, f’karattru vulnerabbli f’kundizzjonijiet naturali u perikolużi. Fl-istorja ta’ Gezzu insibu t-tema tal-kooperazzjoni, n-natura u l-kummerċ, u l-kompetizzjoni fis-soċjeta u fil-fatt, b’relazzjoni ma’ dawn it-temi, għall-Alfred Buttiġieġ Gezzu jaġixxi u jaħseb qisu activist politiku bħall-membri tal-Moviment Graffitti.

Dan it-test rari u seminal jinstab għall-bejgħ mis-sit.

Be the first to comment

Leave a Reply