
Din hija intervista lil Immanuel Mifsud bħala parti mis-sensiela ta’ intervisti li qed nagħmel biex nippromwovi L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba.
Bħal ma stennejt, Immanuel kien pjuttost umli fuq it-tweġiba rigward il-kontribut tiegħu fil-letteratura Maltija. Permezz tax-xogħlijiet bikrija tiegħu, Immanuel Mifsud flimkien mal-kittieba oħra tal-Minima Publishers kien qed jiftaħ triq ġdida għal-letteratura Maltija li wasslet ukoll beix tinfluwenza ankle l-ġurnaliżmu lokali. Skont Mifsud l-użu grafiku tad-deskrizzjonijiet ġurnalistiċi ken frott tal-liberalizazzjoni tal-media u fenomenu li wasal ftit wara l-letteratura tal-Minima Publishers, iżda jien naħseb li l-kittieba kellhom irwol ħafna iktar importanti fuq kif is-soċjeta tikteb, taħseb u titkellem. Mifsud tkellem ukoll fuq l-influwenzi letterarji tiegħu bħal Douglas Coupland u Irvine Welsh u qalilna wkoll x’qed jaqra dan l-aħħar.
Leave a Reply