Intervista lil Karl Schembri

Ilbieraħ intervistajt lil Karl Schembri li huwa wieħed mill-awturi f’L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba permezz ta’ silta mir-rumanz tiegħu “Il-Manifest tal-Killer”. F’din l-intervista Karl kellimni ftit fuq l-istorja tar-rumanz u jien staqsejtu dwar diversi temi li jsemmi James Debono fil-kummentarju tiegħu bħax-xarabankizazzjoni tas-soċjeta u ċ-ċiniżmu tal-Maltin. Nitkellmu wkoll fuq il-passat ta’ Minima Publishers u kif inbidlet Malta u x-xena letterarja minn dak iż-żmien li ġie ippubblikat l-ewwel darba r-rumanz.

Be the first to comment

Leave a Reply