L-importanza tal-Ġaħan bħala figura letterarja (1)

Fil-jiem li ġejjin ser inkun qed nikteb xi noti fuq il-ktieb ġdid tiegħi, ĠAĦAN FL-AQWA ŻMIEN. Aktar ‘il quddiem ser inkun qed niġbor dawn in-noti u nagħmilhom f’sura iktar strutturata. 

Ġaħan huwa karattru letterarju popolari fil-kultura Maltija u nafuh kemm permezz ta’ kotba, stejjer orali, teatru u anke films qosra. L-aktar rendizzjoni favorita tiegħi ta’ Ġaħan s’issa hija dik ta’ Salvu Calleja, iżda sfortunatament ma tantx hem dettalji fuq dan il-film. Jekk hawn xi ħadd li jaf iżjed fuq din il-film, nistiednu li jkellimni. Prattikament, Ġaħan huwa popolari għax idaħħaq bl-injoranza tiegħu u Ġaħan tant huwa injorant li l-injoranza tiegħu hija wkoll ta’ stagħġib kbir. Fir-rendizzjoni ta’ Salvu Calleja, il-ġirien jew in-nies tar-raħal ta’ Ġaħan jidhru li qegħdin jinkoraġixxu lil Ġaħan jiġbed il-bieb tad-dar t’ommu u jidħqu bieh. Ħadd minnhom ma jipprova jfiehem lil Ġaħan x’qed jagħmel ħażin.

Mal-ewwel, nistgħu nindunaw li l-istorja ta’ Ġaħan hija storja ta’ sfond ta’ krudelta, opportuniżmu u injoranza u Ġaħan qed jgħix f’dawn il-kundizzjonijiet. Ġaħan insibuh oġġett ta’ redikolu, u l-affarijiet li jagħmel, bħal eżempju jiġbed il-bieb t’ommu, huma tassew redikoli, imma  l-ikbar injoranza fl-istorja ta’ Ġaħan qatt ma kienet ta’ Ġaħan innifsu. L-ikbar injoranza kienet l-injoranza ta’ dawk li ħadu gost bl-injoranza ta’ Ġaħan, u użawha b’mod opportunist u għal gwadann tagħhom, fil-każ tradizzjonali, bħala oġġett ta’ redikolu. Li Ġaħan jiġi użat bħala oġġett ta’ redikolu minflok ħadd ma’ jgħidlu x’qed jagħmel ħażin , personu innoċenti li tant hu leali li jieħu dak li tgħidlu ommu b’mod letterali, hija l-ikbar att ta’ krudelta fil-letteratura Maltija u kundanna kbira lils-soċjeta. Il-fatt li dan il-punt ftit li xejn ġie innuttat mill-klassi tal-intelletwali Maltija, għajr għal Francis Ebejer li jissampatizza mal-karattru ta’ Ġaħan fix-xogħol tiegħu, hija wkoll reflessjoni kbira tal-istat politiku dekadenti tagħha.

Fil-ktieb tiegħi, ĠAĦAN FL-AQWA ŻMIEN, iżomm dan l-isfond oskur fen l-injoranza ta’ Ġaħan hija milqugħha fis-soċjeta u saħansitra iċċelebrata. Ġaħan, li fir-rumanz tiegħi jismu Dustin, jiġi użat mill-politiċi bis-simbolu ta’ Polly li jagħmlilha website minkejja l-fatt li Dustin qas biss jaf fiex temmen jew xi prinċipji tħaddan. Il-metafora tas-serviliżmu ta’ Ġaħan nimmodernizzaħha permezz ta’ att sesswali banali u ta’ sottomissjoni fen Dustin lil Polly jistaqsiha hu stess biex jerdagħlha t-toqba ta’ sormha. Polly taċċetta, għalkemm hi stess tħossha imqalla’ minn din l-esebizzjoni tant assurda.

B’hekk, il-Ġaħan tiegħi huwa l-istess Ġaħan li jiġbed il-bieb tad-dar t’ommu, imma huwa aktar relevanti u realistiku għaż-żminijiet tal-lum. Dustin, huwa pjuttost, tifel kwiet fejn is-soċjeta tinkoraġġieh ma’ jkollux valuri u ħsieb indipendenti u Dustin ta’ tifel suddittu u leali li hu jipprova jintogħġob minn nies permezz ta’ azzjonijiet li mhux neċessarjament ikunu tajbin – bħal meta jagħmel website imma ma jkollux idea x’kontenut ikollha. L-istorja tradizzjonali ta’ Ġaħan hija storja fen id-dgħajjef ser jiġi abbużat minflok mgħejun, imma fl-istorja tiegħi insibu xi ftit differenzi. Għalkemm il-kultura vendikattiva u krudili tas-soċjeta baqgħat b’saħħitha, Dustin irnexxielu jemanċipa ruħu, jew almenu, l-istorja tagħtu xi opportunitajiet.

Mindu Ġaħan ġibed il-bieb tad-dar t’ommu, F’Malta kellna lil Mintoff u s-soċjaliżmu u omm Ġaħan fl-aħħar seta’ ikollha bieb sura ta’ nies biżżejjed  li Ġaħan ma setax jiġbdu bil-ħabel. U wara Mintoff, kelllna s-suq ħieles u l-isplużjoni tad-dinja tal-kompjuters u dlonk Ġaħan isib niċċa li fiha jista’ jeċċella: isir IT developer.  Dan huwa żvillupp tassew fenomenali fl-opinjoni tiegħi li jixhed ukoll il-milja tal-iżvillupp ekonomiku. Dawk li qabel kienu dgħajfa, issa kellhom opportunitajiet kbar, filwaqt dawk li qabel kienu b’saħħithom fis-sens fiżiku u kienu jiddominaw is-settur tax-xogħol, issa ħadu l-ġenb hekk kif ix-xogħol manwali sar iktar irħis.  Mhijiex kumbinazzjoni li l-Ġaħan tiegħi, Dustin huwa awtistiku: il-Ġaħan l-antik ken l-istess, iżda Dustin ma jafx jew ma’ jagħtix kas. L-emanċipazzjoni ta’ Ġaħan waslitu għall-indipendenza ekonomika imma ma waslitux għall-indipendenza tal-ħsieb. Dustin huwa persona suddittu li għalkemm kapaċi jaħseb għal rasu, jagħżel li ma jagħmilx hekk, probabli, wkoll għall-raġunijiet opportunistiċi għax is-soċjeta ma’ tippreferiehx jaħseb għal rasu.

B’hekk fir-rumanz tiegħi, b’mod retrospettiv, Ġaħan jieħu sfond u sura storika jew jieħu l-forma tal-milja tal-istorja ta’ Malta. F’dan l-iżvillupp storiku naraw x’inbidilx b’Ġaħan li jigdwidana fis-soċjeta tiegħu. U permezz ta’ Ġaħan nistgħu nifhmu t-taboos tas-soċjeta tagħna għax permezz tiegħu nistgħu niżvelaw aspetti oskuri tal-kultura tagħna.

Ġaħan ħaqqu tassew iktar apprezzament u analiżi.

1 Trackback / Pingback

  1. Ġaħan u Fantozzi (2) – Mark Camilleri

Leave a Reply