Il-poeta li miet fis-skiet

Hemm raġuni interessanti għala Mario Azzopardi (Il-Mulej, 1944-2022) miet fis-skiet mingħajr ħafna ċerimonji. Il-kittieba li marru l-funeral tiegħu tgħoddhom fuq pala t’id waħda.

Mario Azzopardi kien il-poeta transgressiv tas-snin sebgħin u probabli l-ewwel poeta trangressiv fl-istorja letterarja Maltija. Kien hemm oħrajn qablu  u mhux ma kienx hemm, imma kienu iktar anonimi u forsi kienu jinqdew bil-poeżiji spontanjament biex jattakkaw lil xi politiku korrott jew xi qassis faxxist. Mario Azzopardi kien poeta u kittieba iddedikat għall-poeżija transgressiva tiegħu fi żmien meta tħaqqaqha m’Alla kien għadu dnub kbir. Miegħu kien hemm Doreen Micallef. Huma t-tnejn probabli kienu l-aktar poeti innovativi tas-snin sebgħin u tmenin.

Taħt it-tmexxija tiegħi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mario Azzopardi irċieva l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Tul il-Ħajja u iċċelebrajnieh permezz ta’ dokumentarju li kien sar b’kollaborazzjoni mal-pubblikatur tiegħu, Horizons.

Be the first to comment

Leave a Reply