Intervista lil Mary Muscat

Mary Muscat hija akkademiku, avukat, lettur fl-Università ta’ Malta u eks-spettur tal-pulizija. Hija kienet ukoll waħda mill-kandidati għall-Kummissarju tal-Pulizija meta ħarġet is-sejħa ta’ sentejn ilhu u illum ħierġa għall-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista fuq it-3 distrett.

M. Inti ħierġa għall-elezzjoni l-ewwel darba wara ftit snin li applikajt għall-pożizzjoni ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Jien ninterpreta l-istorja tiegħek bħala uffiċjal tal-pulizija li mintix tara li qed issir biżżejjed ġustizzja u tixtieq li tagħmel iktar biex din issir. Tajba l-interpretazzjoni tiegħi?

T. Il-ġustizzja għextha ħajti kollha u meta nitkellem dwarha, għalkemm ngħallem, ma nkunx biss qed nitkellem fuq teorija. Fil-qasam tal-ġustizzja jien kont xi ħadd minn ġewwa li qiegħda tħares kemm ġewwa u kemm barra. Esperjenzajt il-ġustizzja meta saret u rajt ukoll meta saritx. Fejn nara li l-pulizija mhux qed tiffunzjona sew, nixtieq li naraħha tiffunzjona jew tiffunzjona aħjar. Jien kont irtirajt mill-pożizzjoni tiegħi ta’ spettur u sentejn ilhu ħarġet is-sejħa għall-kummissajru u sibta bħala opportunita biex inkompli nikkontribbwixxi. Jiġifieri, r-risposta tiegħi hija iva, nixtieq nara li ssir iktar ġustizzja.

B’mod speċifiku kif tixtieq tara li l-pulizija tagħmel iktar ġustizzja?

Mingħajr ma’ noqgħod nidħol f’ideoloġiji u manfiesti, l-aktar proposta importanti u fl-immedjat hija l-awtorita ċentrali ta’ due diligence. Din mhux biss talking point jew xi ħaġa biex nuru li taparsi qed isir xi ħaġa, imma xi ħaġa li trid issir f’termini ta’ paradigm shift. Il pulizija hija kultura, li għandha n-nies tagħha u l-ġerarkija tagħha – din ġiet mittiefsa bil-korruzzjoni. B’korruzzjoni qed ngħidu ma tagħmilx ix-xogħol kif suppost jew by omission jew by commission. Due diligence trid toħloq din il-bidla li ma tippermettix il-korruzzjoni. Iżda, biex isiru dawn l-affarijet trid tagħmilhom ukoll u mhux biss titkellem fuqhom. Jien ħriġt fil-politika għax ma tistax titkellem biss u trid ixxammar il-kmien u tagħmel xi ħaġa. Issa, sabiex ngħidu kollox, saru affarijiet tajbin taħt il-Kummissarju l-ġdid, imma ħafna minn dawn l-affarijiet kienu parti minn managerial exercise u għadha ma ġietx indirizzata l-kultura.

Kif inhi l-korruzzjoni fil-pulizija? Dan mhux statement ħafif.Tista’ tidħol f’iktar dettall? “By omission” nassumi meta ma tinvestigax u “by commission” meta tkun b’mod attiv parti mill-korruzzjoni, sewwa?

Ħa nibbaża r-risposta fuq l-inkjesta pubblika tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Mill-inkjesta pubblika ħarġu ħafna instanzi fejn il-pulizija ma ħaditx azzjoni u dawn kienu by omission, ġeneralment affarijiet u proċeduri żagħar imma li jsitgħu jimpattaw bil-kbir l-investigazzjoni eżempju jkollok file u ma tieħux azzjoni fuqu. Jew inkella jkollok uffiċjali tal-pulizija li jgħidulek li kellhom “l-understanding” li ma jsir xejn. L-ikabr biża’ tieghi hija li dawn in-nies huma mħarġin biex jiġbru l-provi u jarawhom b’għajnehom stess u xorta jħalluwhom jintilfu. Eżempju żgħir li nistgħu nużaw bħala metafora u li issa jaf kulħadd bih. Kulħadd jfitakar il-filmat tal-ġurnalist jiġri wara persuna ta’ bank partikolari. Kien hemm ħafna sitwazzjonijiet oħra simili fejn il-pulizija ħallew l-evidenza tintilef. Din mhux kwistjoni ideoloġika. Il-pulizija intużat b’dak il-mod għax ovjament hemm l-opportuntia li wieħed jista’ jieħu xi ħaġa lura minn dan it-tip ta’ aġir. Apparti minn hekk, il-pulizija qed tintuża b’mod ħażin b’mod aktar wiesa u ġenerali wkoll mhux mill-att biss ta’ korruzzjoni. Ezempju, reċentament rajna kif żewġ pulizija li sfrattaw serqa ta’ bank kellhom jiffaċċjaw iktar minn sittin bullet fid-direzzjoni tagħhom. L-awtoritajiet għalqu għajnejhom għall-fatt li dawn l-uffiċjali kienu fil-periklu li jtiilfu ħajjithom f’xogħolhom meta waslu ma’ qbil ma’ min allegatament spara fuqhom. B’dak il-kaz rajna kif qisu l-pulizija qed jiġu trattati bħala disposable mill-awtoritajiet u din hija wkoll l-istess mentalita ta’ min hu fil-poter li wkoll twassal għall-korruzzjoni fil-pulizija.

X’kont tagħmel differenti kieku sirt kummissarju tal-pulizija minflok Angelo Gafa?

Għall-intervista tal-Kummissarju, aħna konna ġejna mitluba nagħmlu pjan għall-erba’ snin. Inċidentalment hafna mill-affarijiet li pproponejt jien, qed isiru imma b’mod diffrenti. Li kont nagħmel differenti żgur huwa li nneħħi l-uffiċjali li qabel kienu involuti f’korruzzjoni b’kull mod. Għad hemm uffiċjali li dawn minflok ġew investigati sempliċiment ingħatalhom transfer biex jgħattulhom. Għala qed jipproteġuwhom? Lili kienu jgħiduli, “allaħres issir int Kummissarju, għax min jaf kemm tagħmel ħsara”. Dażgur li kienu jgħidu hekk, għax jien kieku ma kontx nittollera min kien korrott.

Taħt l-amministrazzjoni ta’ Joseph Muscat esperjenzajna diversi skandli serji ħafna ta’ korruzzjoni. S’issa għadu ħadd ma ġie imressaq fuq dawn k-akkużi. Taħseb li dan huwa nuqqas tal-pulizija jew vera ma ġara xejn ħazin?

Naħseb li ġara ħafna ħazin taħt l-amministrazzjoni ta’ Joseph Muscat u kien hemm ħafna nuqqasijiet mill-pulizija wkoll u dan qalitu l-inkjesta pubblika ta’ Daphne Caruana Galizia u qalet ukoll fejn saru l-iżbalji. Jien ngħid li imnella għandna l-kunċett tas-separazzjoni tal-poteri għax kieku s-sitwazzjoni kienet tkun ħafna agħar. Nemmen ukoll li għad baqa’ x’nisimgħu fuq każijiet ta’ korruzzjoni tal-passat iżda intilfet ħafna evidenza wkoll u hemm ir-riskju li ħabba dan il-fatt ċertu kaijiet ma jissolvewx.

Hemm perċezzjoni hemm barra li f’pajjiżna l-ġustizzja hija qawwija fuq min hu dgħajjef u fuq min hu b’saħħtu hija ħanina. Eżempju reċenti ħafna huwa t-tabib li ġie mħarrek fuq traffikar ta’ droga meta dan it-tabib kien qed juża l-prodotti medeċinali tal-kannabis għall-pazjenti tiegħu. Taħseb li għandna żbilanċi kbar fil-ġustizzja f’Malta?

Dażgr u l-iżbilanċi ġejjin minn żewġ binarji. Fuq l-aspett ta’ kif ġew imfassla u implemntati l-liġijiet tal-kannabis u l-każ tat-tabib, il-problema qiegħda għax għandek kunflitt bejn diversi liġijiet – din hija xi ħaġa li l-leġiżlatur missu ra mal-awtoritajiet minn qabel. It-tieni nett il-pulizija tiffoka iktar fuq ċertu reati milli oħrajn. Eżempju jien meta kont inkarigata ta’ distrett kont ngħid imma kif qatt ħadd ma tressaq fuq logħob tal-azzard u użurua meta din kienet issir fil-miftuħ f’ċertu postijiet? Għalxiex il-pulizija ma jinvestigawx fuq dawn l-affarijiet? Forsi mhxu tlaħħaq? Pulizija għandu ħabta li jaħdem fuq dak li jiġi irraportat u ma jkunx pro-attiv jaħdem fuq każijiet oħra li ma jiġux irrapurtati. Jekk eżempju, daħlu ħafna rapporti fuq offiżi ta’ parkeġġ, u ma taħdimx fuq każijiet oħra li ma jiġux irraġortati, ser tingħata l-impressjoni li l-aktar każijiet komuni huma każijiet tal-parkeġġ meta ma jkunx il-kaz. Hemm ħafna xi jsir fuq kultura minn dan l-aspett.

Inti ktibt artiklu fejn għedt li dak li sejħulu “raid” fuq id-dar ta’ Joseph Muscat ma kienx fil-fatt “raid”. Taħseb li Joseph Muscat qiegħed jiġi prottet?

It-terminoloġija kienet ħażina għax dak kien “search” u mhux “raid”. Issa jekk huwiex protett, skont, u jiddependi għax il-fatt li qiegħed ittawwal l-investigazzjoni hemm iktar probabilta li tintilef l-evidenza. Issa trid tara jekk tintilef l-evidenza tkunx intilfet b’negliġenza jew għax korruzzjoni. Jista’ jkollok problema ta’ riżorsi wkoll. Kulħadd kien jaf eżempju li l-Economic Crimes Unit tal-pulizija ma kellux uffiċjali biex jaħdem. Ma kienx sar taħriġ magħhom u l-ebda sforz biex jitjieb id-dipartiment. Illum qed isir ftit bidla anke għax kellna l-pressjoni internazzjonali. Imbagħad għandek kwistjoni oħra u jien biex niddeskriviha inħobb nuża l-metafora tat-tomba ta’ Tutankhamun fl-Eġittu peress li ħadd ma’ kien ried jiftaħha. Għandek il-problema tat-taboo u l-mentalita ta’ “dik il-ħaġa jien ma immissix magħha”.

Allura, pulizija mhuwiex motivat li jaqbad ħut kbar sabiex jagħmel tajjeb għall-karriera tiegħu? Nassumi li n-norma għandha tkun li ladarba pulizija jagħmel suċċess b’każijiet kbar ser tagħmel isem għaliha, le?

Dażgur, inti dejjem ħa jkollok motivazzjoni biex tagħmel isem għax imbagħad meta tiġi għall-promotion ħa tkun itkar faċli. Imma din tista’ tkoll taħdem kontrik. X’jiġifieri? Darba ktibt artiklu entitolat “Robert Bobby” imma online ġie ippubblikat btitlu differenti. Kulħadd kien jaf li meta l-Kummissarju John Rizzo tella’ żewġ imħallfin fuq korruzzjoni, ma kienx beża’. Imma, illum mhawnx nies ta’ stoffa bħalu għax jaf jgħidulek li jekk nagħmel hekk, promotion ma neħodiex jekk jibqa’ l-istess gvern. Motivazzjoni hemm imma backing u appoġġ m’hemmx.

Il-Partit Nazzjonalista ippropona abbozz ta’ proposti li jindirizzaw il-korruzzjoni fil-politika u pporpona wkoll li jikkriminalizza l-assoċjazzjoni tal-politkanti ma’ organizazzjonijiet kriminali. Għala importanti liġi bħal din?

Ċertu reati jsiru reati fil-liġi maż-żmien. Xi ħaġa tista’ tkun immorali imma legali u b’hekk issir, sakemm ikollna biżżejjed kuxjenza li nagħmluha illegali. Irridu naġġornaw ruħna ma’ dak li suppost ilhu diġa jeżiżti fis-sistema legali tagħna jiġifieri din hiwja kwistjoni ta’ żmien. Dan huwa argumrent morali u realta. L-użuru kienet daħlet fil-liġi Maltija fit-2002. Kemm ilha teżiżti imma l-użura? Darba niftakar kollega kien ressaq lil xi ħadd fuq il-banking act talli aġixxa ta’ bank u ma kienx, u l-każ waqa’ imma imbagħad dak il-każ intuża bħala stepping-stone beix tinkiteb il-liġi kontra l-użura. Bħalissa, aħna qegħdin fil-limbu u ma rridxu nammettu li hemm reati li jridu jidħlu fil-kodiċi kriminali tagħhba. Apparti li għandna bżonn investigaturi esklussivament jaħdmu fuq l-investigazzjonijiet u mhux ikollhom imorru l-qorti wkoll.

Reċentament, mietet mara oħra allegatament maqtula mill-maħbub tagħha. Qed nitkellem fuq il-kaz ta’ Rita Ellul. Rita Ellul kienet darbtejn għamlet rapporti lil-pulizija fuq każ ta’ vjolenza domestika imma spiċċat maqtula xorta. Taħseb li l-pulizija għandhom jerfgħu xi ftit responsabbilta ta’ dan id-delitt? Ħafna nisa qed joħorġu fuq social media jallegaw li mhux qed isibu għajnuna kbira mill-pulizija fuq każijiet ta’ vjolenza domestika.

Darba kelli artiklu ippubblikat entitolat, “Handle gold dust gently” u kien rigward sentenza ta’ appaell ta’ vjolenza domestika fuq mara li mill-pulizija, semugħha xi tliet sezzjonijiet differenti u ma kienx hemm kommunikazzjoni bejniethom bir-riżultat li l-vittma ġiet ivvitimazzata aktar. Dan kien każ fejn il-pulizija ma proteġewx il-vittmaq kif suppost. Probabli kien hemm kwistjoni ta’ territorjalita meta l-pulizija ma kooperawx bejniethom. Dan il-każ kien reċenti waqt il-pandemija tal-Covid. Il-pulizija jridu jorganizzaw ruħhom sew u din qalitha l-qorti wkoll. L-artiklu kien entitolat “Handle ghost gently” għax fl-1894 kien sar raid għand ġojjellier fejn il-pulizija kienu tajru d-deheb fil-workshop li kien f’forma ta’ trab bir-riżultat ovjament, li lil dan il-ġojjellier kienu għamlulu l-ħsara. Dan kien ressaqhom il-qorti u talab għad-danni u l-każ ma kienx rebħu għax f’dak iż-żmien ma stajtx tressaq l-istat fuq danni. Il-punt tiegħi huwa li l-pulizija mhumiex untouchables u anke huma jridu jerfgħu r-responsabbilta meta jiżbaljaw.

X’taħseb li hemm bżonn isir biex jiġi riformat il-korp tal-pulizija?

Jien nibda mit-taħriġ u nitkellem bħala avukat. L-ewwel kwistjoni hija li l-pulizija qed jitgħallmu l-liġi kriminali mill-iżbalji għax jien kont ngħallem l-akkademja. Kif tista’ ittini 8 lezzjonijeit biss biex ngħallem il-kriminal lir-rekluti? Imbagħad għandek iċ-ċivil, li ħadd ma jrid jidħol fih. U l-pulizija ma jridux jitgħallmuh. Il-gvern stess ta l-prosekuzzjoni lill-Avukat Ġenerali jiġifieri dak sinjal li l-gvern prattikament mhux jafda lill-pulizija.

Il-pulziija trid issir xjenza. Barra minn Malta biex issir pulizija trid tmur il-kulleġġ u tieħu degree. Naħseb li biex issir supretendent irid ikollok minimament BA. Nemmen li rridu nagħmlu taħriġ b’saħħtu. Biex tilħaq supretendent irid ikollok minimament BA. .

It-tieni ħaġa li għandha bżonn issir u semmejtha diġa hija l-awtorita ċentrali tad-due diligence biex tieqaf il-korruzzjoni fil-korp. Apparti minn hekk tajjeb ukoll isiru mekkaniżmi interni li jiprpevjenu l-possibilta ta’ korruzzjoni.

L-aħħar ħaġa u mhux l-inqas hemm bżonn li l-pulizija jkollha indepndenza totali bħal qrati u għalissa għadha parti mill-fergħa eżekuttiva tal-gvern. Għad irridu nidħlu f’diskussjoni kif din trid issir, imma din hija inevitabbli għax bis-sistema kif qegħdin bħalissa spiċċajna f’sitwazzjoni gravi simili ta’ kif konna fi snin tmenin fejn min wettaq reati gravi ta’ korruzzjoni ma nqabadx.

4 Trackbacks / Pingbacks

  1. No excuses now – Mark Camilleri
  2. Consistent malignant incompetence is evidence of willful cover-up – Mark Camilleri
  3. The financial crimes authorities are collapsing – Mark Camilleri
  4. Covered and protected (by the police themselves) – Mark Camilleri

Leave a Reply