Lejn Malta Ġdida

F’dawn l-aħħar sentejn, Malta għaddiet minn pandemija filwaqt li dħalna f’reċessjoni ekonomika. Il-problemi u l-isfidi kbar li qed nesperjenzaw mhumiex biss frott ta’ kawżi esterni imma wkoll front ta’ gvern inkompotenti u bla direzzjoni. Is-sinjali tal-kollass tat-tessut tal-ħajja soċjali u l-kwalita tal-ħajja tagħna huwa evident

  • Il-prezzijiet li qed jgħolew b’mod allarmanti, u l-probabilta kbira li mhumiex ser jerġgħu jorħsu
  • Ir-rovina tal-kwalita tal-ħajja permezz ta’ bini bl-addoċċ mingħajr ebda rispett lejn residenti.
  • Il-bini ikrah kullimkien.
  • L-għoli esaġerat tal-prezzijiet tal-propjeta.
  • Iż-żieda allarmanti tal-karozzi u t-traffiku f’Malta.
  • In-normalizazzjoni tal-qerq bil-propoganda partiġġjana.
  • In-normalizazzjoni tal-korruzzjoni.

Ejja ngħiduha kif inhi, għandna Prim Ministru li ma jafx jieħu deċiżjoni u li qatt ma ħa deċiżjoni. L-unika deċiżjonijiet li qed jieħu waħdu human deċiżjonijiet li jinvolvu rigali li qed jagħti biex iġib l-appoġġ elettorali bħal meta ta l-Aħrax tal-Mellieħa lill-kaċċatturi. Kull darba li kien hemm skandlu, bħal ta’ Justyne Caruana, kienu minisitri li ġiegħlu lil Rober Abela biex jieħu deċiżjoni u ma ħax deċiżjoni min jheddu.

Għalkemm il-Partit Laburista jinstab f’sitwazzjoni elettorali vantaġġjuża ħafna, b’Oppożizzjni ineffiċċjenti, nos il-pajjiż iħossu mifni bil-qtiegħ ta’ qalb. Teżiżti wkoll maġġoranza ta’ Maltin li ma jaqblux ma’ li qed jiġri f’pajjiżna u l-mod tat-tmexxija, imma ħafna minn dawn il-Maltin qatgħu qalbhom minn pajjiżhom, siefru u ilhom ħafna ma jerġgħu jiġu Malta biex jivvutaw.

Malta għandha bżonn it-tama. It-tama li xi darba l-affarijiet jistgħu jmorru aħjar. U din it-tama mhijiex ġejja minn Prim Ministru li ġie elett u maħtur bil-barka ta’ Joseph Muscat. Żgur li jrid kun xi ħaddieħor. Xi ħadd ta’ esperjenza, b’viżjoni li għamel ħajtu jaħdem jipproduċi xi ħaġa ta’ valur jew b’karriera b’servizz nobbli lill-pubbliku u mhux xi ħadd li għamel karriera b’direct orders mill-MEPA bi qrubija kbira ma’ kuntratturi tal-bini. U żgur, li dan il-persuna għandu jkun xi ħadd li jirrispetta l-liberta tal-kelma minflok juża l-PBS bħala magna ta’ propaganda u l-messaġġi ta’ għelqu tas-sena biex jagħmel theddid sottili għal kritiċi tiegħu. Għandna bżonn xi ħadd diċenti.

Għandna bżonn xi ħadd li jtina t-tama. Jien lest li nagħti sehmi. B’dan il-mod.

Jien miniex ir-ragħaj it-tajjeb. Jien bniedem normali b’ħafna żbalji u imperfezzjonijiet u konxju tal-limitazzjonijiet tiegħi.   Jien xi ftit salvaġġ ukoll, għax ma nħobbx naħli ħin u allura ngħid il-verita mal-ewwel minflok noqgħod indur mal-lewża. B’din l-attitudni weġġajt ħafna nies, għalkemm din, mhux xi ħaġa neċessarjament ħażina l-anqas. Il-punt tiegħi hu li jien miniex tajjeb biex inkun politiku imma xorta ninqala’ biex nagħmel il-politika. U ħa nagħmilha b’dan il-mod.

Mil-lum ‘il quddiem jien ħa nappoġġja lil dawk il-kandidati politiċi kollha li jaqblu mal-manifest politiku tiegħi u li joħorġu fuq kull partit politiku minbarra l-Partit Laburista. Il-linja politika tiegħi hi kif spjegajt fil-poddata ta’ Jon Mallia.  Għalkemm jiena Laburist, ma naħsibx li Robert Abela u l-gvern tiegħu għandu jiggverna. Ma naħsibx ukoll li l-pajjiż sejjer fid-direzzjoni t-tajba u l-Partit Laburista għandu jinbidel.

Jien ħa nappoġġja lill-kandidati li jaddottaw jew allinqas jiġu viċin il-manifest politiku tiegħi. Bla dubju, għall-elezzjoni li miss, l-iktar kontestanta favorita tiegħi hija Sandra Gauci, li ħierġa fuq is-6 u 12-il distrett.

Il-manifest politiku tiegħi huwa dan:

Tinħoloq Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni li jkollha poter eżekuttiv bl-għan li tiġġieled b’kull mezz possibbli s-serq ta’ rizorsi pubbliċi mill-kuntratti pubbliċi.

Tibda riforma serja u professjonali fil-korp tal-pulizija fen jiżdiedu l-pagi, tiżdied id-dixxiplina u jitkeċċew u jiġu demoted l-uffiċjali inkompetenti kollha. 

Tinbidel l-Avukat Ġenerali.

Liġijiet aħjar fuq korruzzjoni.

Riforma kostituzzjonali li iġġib iktar ġustizzja u rappreżentazzjoni elettorali fil-parlament u li twaqqaf kompletament l-użu illeċtu ta’ donazzjonijiet lill-partiti politiċi permezz ta’ trasparenza sħiħa u liġijiet ġodda.

Jieqfu l-fondi pubbliċi lill-magni ta’ propaganda tal-partiti politiċi.

Jinħoloq pjan strateġiku ta’ kif tiġi miġġielda l-inflazzjoni b’diversi miżuri.   

Jibda pan strateġiku bejn il-gvern u l-banek lokali sabiex isir investment strateġiku f’affordable housing.

Il-gvern jagħmel pjan biex jixtri l-artijiet agrikoli li huma f’idejn il-privat permezz tan-National Wealth Fund u jibda pjan strateġiku biex isalva l-agrikoltura. 

Jinħoloq pjan strateġiku ġdid sabiex nattiraw industriji ġodda bħal esportazzjoni ta’ teknoloġija avvanzata, blockchain u crypto-currency li joħolqu xogħol ta’ kwalita u mhux xogħol prekarju.  

Pjan ġdid ta’ żvillupp urban u jiġu applikati liġijiet serji ta’ enfurzar. Il-bini li jinbena irid kun sabiħ u bis-sens (insulazzjoni, sigurta, dawl, etċ…). Pieni ħorox għal min jikser il-liġijiet. Pieni ħorox jekk tkisser popjeta jew tweġġa individwi oħra waqt ix-xogħol tal-bini. 

Jitwaqqaf kull inċentiv u sussidju lill-industrija tal-kostruzzjoni. Fokus fuq l-iżvillupp u mhux spekulazzjoni u bini rampanti. 

Pjan strateġiku ġdid fuq l-enerġija magħmul mill-esperti, enġiniera u xjentisti u mhux mill-politiċi.

Moratorium fuq kull post tal-gvern, minbarra għal dawk ix-xogħolijiet neċessarji bħal tobba, infermiera, għalliema, pulizija u oħrajn. Jibda l- algoritimizazzjoni tal-makkinarju tal-gvern. 

Tonqos in-nefqa pubblika fil-proġetti ta’ vanita, ħela, korruzzjoni u nepotiżmu.

Jiżdiedu l-pensjonijiet.

Id-demokratizazzjoni tal-entitajiet kulturali u jitneħħa n-nepotiżmu.

Politika serja fuq l-isport. Tiżdied id-dixxiplina fl-isport u jinħoloq pan serju bl-għan li nerbħu u nkunu fuq ta’ quddiem. 

Jinħoloq pan strateġiku fuq il-konservazzjoni tal-ilma bl-għan li Malta taħżen iktar ilma milli għandha bżonn.

Jinħoloq pjan strateġiku kontra t-traffiku bil-metro tkun imqabda wkoll ma’ Għawdex u mhux isir kollox bl-addoċċ u fl-interess biex naqdu lil xi kuntratturi partikolari.   

Dekriminalizazzjoni tal-abort: l-ebda Mara m’għandha tiġi meqjusa bħala kriminal għad-deċiżjonijiet mediċi u prattiċi rikonoxxuti mill-World Health Organisation.

Il-PBS ma jibqax taħt il-Gvern imma jaqa’ taħt kumitat parlamentari. 

Pieni ħorox għal politiċi jew uffiċjali tal-gvern li joħorġu jew jippubblikaw statistika pubblika li tkun qarrieqa b’intensjoni li tqarraq u tigdeb u li ma tkunx veritiera. 

Il-manifest lest li nkompli nirranġah u nbidlu maż-żmien bil-kontribut tagħkom.

Jien lest li nappoġġja lil dawk il-politiċi li jaqblu mal-manifest tiegħi billi ntihom spazju fuq is-sit tiegħi bil-kontribuzzjonijiet tagħhom u billi naqsam ukoll xi aħbarijiet u attivitajiet tagħhom. Jekk din l-inizjattiva tirnexxi, ser inkompli niżvilluppaħha b’paġna esklussiva fuq dan is-sit.

Is-sena t-tajba lil kulħadd!

2 Comments

  1. Hemm bzonn ukoll li tigi abolita darba ghal dejjem il-kacca f’Malta. Din il-prattika antikwata m’ghadhiex sostenibbli, specjalment meta huwa car li il-ligijiet ezistenti qed isiru biex ihallu il-kacca illegali tkompli minflok li jikkontrollawha, b’dannu kbir ghall-ambjent.

  2. Mark kieku inzid insirance voluntarja ta ezempju €20 fix-xahar li tista tintuza ghall-medicina innovattiva jew medicina li ma tkunx fil-formularju tal-gvern dak iz-zmien li wiehed jigi bzonnha. Importanti li dan il-fond ikun ring fenced ghalhekk biss.

Leave a Reply