Mill-Gazzetta ta’ Sunday Charlie

Kif id-dinja qiegħda fiż-żifna li tpinġi l-karikaturi ta’ Mawmettu, nixtieq naqsam magħkom din il-poeżija ta’ Charlie Grima li tiġi b’karikatura ta’ Kristu ta’ Noel Tanti. Din ġiet ppubblikata xi snin ilu meta sħabi u jiena konna għadna qed nesperimentaw bil-gazzetta studenteska ‘Ir-Realta’. Sal-lum din il-poeżija għadha togħġobni ħafna.

Mill-Gazzetta ta’ Sunday Charlie

Poeżija ta’ Charlie Grima

Tpinġija ta’ Noel Tanti

Il-Belt: magħrufin għall-knejjes, it-toroq kollha
jinfdu għal ġol-bieb kbir tas-sebgħat semgħat
b’żewġ arloġġi ta’ talb u mat-talb tas-serduk,
filgħodu tisma’ mill-kampnar
is-serena t’Alla idoqq ħelu ħelu fuq.

L-imħadda: il-vizzju tal-Beltin jew dak ta’ dar il-Belt.
Familja fiha żewġ psikoloġiji: il-missier
iħalli t-tifel liberu jagħżel il-lasta tal-football
jew inkella it-terf t’Alla… issa t-terf t’Alla kien
jinstab ġol-knisja u l-logħba kienet tintlab fil-quddies.
Jiena tifel żgħir libsuli l-ispellizza,
dublett, qmis irrakmata naqra wiesa biex tkompli
mad-dublett u mant iswed li jintrabat b’kurkett m’għonqok.

Kienet tejatrali l-ħaġa.
Qabel il-purtiera għadni niftakar
anġlu żgħir tal-ġebel b’ilsienu barra
fejn kien ikun hemm l-ilma imbierek
u l-qassis kien iffittet subgħajh,
jagħfas katina tixbah dik tat-toilet
u mal-ħoss tal-qanpiena żgħira,
QUMU BILWIEQFA
u minn ġol-knisja kont tara qisha playing field.

In-nies picnic fuq siġġu u joħolmu
fil-borma qamel li sajjar ħaddieħor,
l-operetta tal-anġli imweħħlin mal-koppla.
Dawn supporters barra t-terf u l-qassis
jgħolli idejh u n-nies iqumu u xemgħat jitbaxxew.
Bdejna logħba nofs siegħa,
‘Ħa ddum il-quddiesa.’

Fil-quddies kien hemm il-karta safra u l-karta ħamra.
Ix-xogħol tal-abbati huwa li jkun ball boy, bell boy jew pool boy.
Kont nibża’ meta l-qassis bħal-dentist jgħidlek ‘iftaħ ħalqek’
u fuq ilsienek ipoġġilek il-pillola ta’ Kristu li tfejjaqlek il-mard.
Spiċċat il-quddiesa u kunu sportivi fil-ġrajja tagħkom,
u żżidux l-inbid mal-ilma.

Image

Be the first to comment

Leave a Reply